On this issue the position of the parliament is unambigous and unequicoval and that is also my position
Roberta Metsola – MEP tal-PN
Din Roberta Metsola dwar l-abort fi Brussell.
Iżda, issa li qed toqrob l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħasset li għandha tiġi Malta u fuq l-istazzjoni tal-Knisja tgħamilha ċara li hi kontra l-abort.
F’taħditha madwar mejda fl-uffiċċju tagħha Metsola qalet li l-vot tagħha dejjem kien ċar li hija kontra l-abort.
Il-vot tiegħi huwa ċar. Dejjem kien ċar. Mhux bħal ħaddieħor, bidel u għamel. Iġifieri int dejjem ivvotajt kontra. Għax dak huwa dmir tiegħi u dak huwa li nemmen fih.
Roberta Metsola – MEP tal-PN
Metsola nsistiet kemm -il darba li l-pożizzjoni tagħha ma nbidlitx. Iżda, l-fatti juru mod ieħor.
Iżda, fi Brussell tgħid mod ieħor. Iktar minn hekk il-pożizzjoni favur l-abort daret il-pajjiżi tippromwoviha.
I promoted the position because it is the position of the parliament. That is exactyl what i will do.
Roberta Metsola – MEP tal-PN
Fl-eqqel ta’ diskussjoni f’Malta dwar emendi biex jgħinu nisa tqal f’riskju Metsola ma qalet xejn f’pajjiżna.
Iżda, meta staqsewha barra minn xtutna, regħet qalet li l-pożizzjoni tagħha hi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew. Iġifieri favur. U dan iddikjaratu iktar minn darba.
The position of the parliament which is very clear on this issue, is also my position.
Roberta Metsola – MEP tal-PN
Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew hija ċara kulimkien, saħansitra jingħad li l-abort għandu jkun dritt fundamentali.
Osservaturi politiċi jsostju li hawn il-kwistjoni mhijiex il-kwistjoni tal-abort innifsiha iżda kif Metsola fi Brussell tgħid li hi favur, iżda issa li qed joqrob Ġunju ġiet f’Malta tgħid li hi kontra.
Pożizzjoni li ġiet temfasizzaha wkoll wara li sfuma fix-xejn il-pjan tagħha li tidħol minflok Ursola Von Der Leyen bħala l-kandidat tal-Popolari Ewropew għall-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Minkejja sentejn ta’ kampanja intensiva l-ogħla uffiċjali tal-Partit Popolari qatugħa li meta wieħed jiġġudika fuq l-aħħar sentjen tati iktar kredibbilta u serħan il-moħħ il-kandidatura ta’ Von Der Leyen.