Kenneth Magro ta’ erbgħa u għoxrin sena ammetta li seraq il-bust ta’ Dun Amadeo Ebejer mill-Imsida, u fil-Qorti qal li kien iddispjaċut li għamel dan fi żmien meta spiċċa bla flus.
Is-serqa seħħet kmieni l-Ġimgħa filgħodu, bl-akkużat jinqabad mill-Pulizija li dak il-ħin kienu għaddejjin fuq ronda.
Magro kien innutat jitfa’ l-bust f’baskett flimkien ma’ persuna oħra. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkunsidrat li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija, ammetta mill-ewwel, kellu kondotta nadifa, u li l-bust ġie rritornat.
Il-Qorti qieset ukoll il-fatt li l-akkużat wettaq ir-reat meta kien f’qagħda finanzjarja ħażina, filwaqt li fehem li ma kienx l-aħjar mod biex itejjeb is-sitwazzjoni tiegħu.
Magro ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena.