Il-President Tork Erdogan iddikjara stat t’emerġenza fit-Turkija għat-tliet xhur li ġejjin.
Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet falla l-attent ta’ kolp ta’ stat mill-qawwa militari. Meta kien qed jitkellem fil-Palazz Presidenzjali f’Ankara, Erdogan wiegħed li se jkun qed “inaddaf” l-armata.
Id-dikjarazzjoni t’Erdogan saret fid-dawl tal-possibilita li n-numru ta’ dawk arrestati wara l-attent ta’ kolp ta’ stat jitla’ għal għaxart’elef persuna. Aktar minn sitt mitt skola ngħalqu u eluf ta’ ħaddiema tal-Gvern tkeċċew fl-aħħar jiem mill-President.
Il-President Tork faħħar lil dawk li waqt l-attentat ta’ kolp ta’ stat iġġieldu għal pajjiżhom u mietu martri. Fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt mietu aktar minn mitejn u erbgħin persuna.