Il-Gvern ħabbar li se jkun qed jiddedika €40 miljun minn Fondi Ewropej sabiex tiġi elettrifikata l-flotta tat-trasport pubbliku.
Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Furjana hekk kif spjega li dawn il-fondi ġejjin mill-Fond ta’ Rkupru.
Il-Ministru Borg spjega wkoll il-proċess li issa ser jiskatta sabiex issir il-qalba ambjentali.
Qalba mmotivata wkoll mill-mira tal-Gvern li sal-2050 Malta tkun ħielsa mill-Karbonju.