“Min għadu ma tistax tinżillu din irid jiddeċiedi x’ser jagħmel bih innifsu.”
Hekk sostna l-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli l-għada li ssejjaħ rally b’appoġġ għall-Kap Nazzjoanalista Adrian Delia.
Portelli qal “Min għadu ma tistax tinżillu din irid jiddeċiedi x’ser jagħmel bih innifsu. Ma jistax ikun jibqa’ jipprova juża il-gażżetti… joqgħod itihom naqa naqra dawn l-iżviluppi ħafna minnom ivvintati.”
L-id il-leminija ta’ Delia rreaġixxa għal rapporti mhux miċħuda fil-midja fejn ingħad li bosta deputati Nazzjonalisti qegħdin jiġbru l-firem biex Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni.
Portelli qal “Jerġgħu jgħidu li hemm numru ta’ Deputati Nazzjonalisti li lesti jiffirmaw xi karta. Fejn huma dawn? min huma?”
Waqt li l-Ħadd li għadda, Delia waħħal fil-Prim Ministru Joseph Msucat għax dawk ta’ madwaru qed jattakkawh, Portelli qal li min qed jattakka lil Delia qed jagħmel dan għax fil-passat ma kisibx suċċess.
Qal “Qed jintużaw minn nies li qed jaħsbu li jistgħu jieħdu kontroll tal-Partit Nazzjonalista. Jien naħseb li dawn m’humiex nies li qiegħdin fil-Partit Nazzjonalista. Forsi kienu xi darba fil-Partit Nazzjonalista. Forsi għad għandhom amarezza għal fatt li ma rnexxilhomx jkollhom suċċess meta kienu fil-Partit Nazzjonalista.”
Huwa akkuża lid-deputati kontra Delia li qed jitfgħu l-ġebla u jaħbu jdejhom.
“Isma aħna nistiednu lil minn għandu xi dubju li joħroġ u jgħid imma joħroġ u jgħid u mhux jitfa l-ġebla u jaħbi idu.” qal dan Portelli.
Kien hawnn li Portelli ntilef f’dagħdiegħa ta’ tgħajjir u negattivita fil-konfront ta’ The Times of Malta li fi kliemu fl-aħħar ġimgħa u nofs kien l-iktar ġurnal li għaffeġ u kiteb ċuċati.
Qal “Naħseb f’dawn l-aħħar ġranet l-iktar ġurnal li għaffeġ u għamel u kiteb ċuċati kien it-Times of Malta. Jiġifieri it-Times of Malta iċ-ċuċati li nkitbu f’dawn l-aħħar ġranet tgħid imma din hi l-gażżetta li konnha nħarsu lejha bħala l-beacon tal-ġurnaliżmu.Diżastru affarijiet mhux riċerkati mitfugħin fuq il-gażżetta.”
minkejja l-messaġġ ta’ Delia lill-Kunsill Amministrativ tal-Partit fejn iddikjara gwerra interna, Portelli qal li l-Partit ma jinsabx fi kriżi.
Anke fihom infushom juruk li dan huwa partit bi struttura miexja normali M’hawnx dal-kriżijiet li qed jipPruvaw ipenġu ċertu nies
Skontu xhieda ta’ dan kien ir-rally tal-Ħamis sabiex jintwera l-appoġġ lejn Delia.
Rally li skontu nġabru tant nies li bħal donnu ssejħet elezzjoni ġenerali.
Portelli qal “Daqs kemm naraw is-soltu meta tissejjaħ elezzjoni ġenerali.”