Il-Unjin tal-Għalliema Maltin (MUT) ġabet fix-xejn rapport fis-Sunday Times li tefa’ f’dell ikrah ir-rilokazzjoni tal-ITS. Fi stqarrija ċċarat li waqt laqgħa li saret bejn il-unjin u l-ITS, ġew diskussi l-proposti għal ftehim kollettiv ġdid, u mhux ir-rikolazzjoni tal-ITS.
Fi stqarrija l-union ċċarat li kien hemm persuna waħda biss li semmiet ir-rilokazzjoni u kien spjegat lilha li dan mhux suġġett reltat ma’ ħidmet trade unjin, iżda prerogattiva tal-Gvern, li huwa s-sid tal-art.
Il-unjin iddikjarat li topponi ċ-ċaqliq tal-ITS biss jekk jikser il-liġi jew fethim kollettiv. L-MUT issottomettiet il-proposti tagħha dwar is-suġġett bħala parti mid-dmirijiet tagħha favur l-edukazzjoni.
Appellat sabiex l-istakeholders kollha jżommu lura milli jużaw il-unjin jew lill-membri tagħha f’kontroversji politċi.