Fl-aħħar jum tal-Ħadd tas-sena 2019, l-uffiċjali tad-Dwana komplew b’xogħolhom u rnexxielhom jagħmlu qabda ta’ €21,100 mhux iddikjarati, 11 -il elf iktar minn dak stipulat fil-liġi.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta passiġġier minn stat membru tal-Unjoni Ewropea nqabad b’iktar minn għoxrin elf ewro mhux iddikjarati.
L-uffiċjali rritornaw €10,000 lura għand il-passiġġier iżda l-kumplament ġew sekwestrati sabiex ikunu jistgħu jiġu investigati.