Id-Dwana ħabbret posponiment ta’ ħlasijiet dovuti lilha ta’ dazju fuq prodotti importati.
Fil-fatt id-Dwana qed tipposponi l-ħlasijiet tas-sisa b’xahrejn.
Id-Dwana sosntiet li l-posponiment ta’ ħlasijiet qed isir minħabba s-sitwazzjoni preżenti kkawżata mill-imxija tal-Coronavirus.
Għalhekk ħlasijiet li kienu dovuti fil-15 ta’ April se jkunu posposti għall-15 ta’ Ġunju, u dawk il-ħlasijiet li kienu se jsiru fis-26 ta’ April ġew posposti għat-28 ta’ Ġunju.
Filwaqt li ħlasijiet li kienu se jiġi mħallsa fil-15 ta’ Mejju jistgħu jsiru fil-15 ta’ Lulju, u dawk li kenu se jsiru fl-aħħar ta’ Mejju ġew posposri għas-16 ta’ Lulju.