F’żewġ każijiet separati d-Dwana kkonfiskat żewġ kontejners, wieħed mimli b’elf sitt mija u sebgħa u għoxrin sett ta’ televixins u ieħor mimli b’tliet mija u disgħa u ħamsin sett ta’ arja kkundizzjonata lesti biex jiġu mibjugħha fis-suq Malti.
Fi stqarrija d-Dwana qalet li dawn iż-żewġ kontejners kellhom iddikjarat li ser iġorru monitors u generators.
Matul il-lejl li għadda d-Dwana kkonfiskat ukoll madwar tlett elef u disa’ mitt sigarett minn fuq vapur tal-merkanzija, li nstabu f’għaxar kaxxi ta’ sigaretti mingħajr tiketta tas-sisa.
L-istqarrija żiedet tgħid li f’mumenti delikati bħal dawn minħabba l-imxija tal-Covid-19, l-Uffiċjali tad-Dwana xorta waħda qed jiżguraw li l-fruntieri ta’ pajjiżna jibqgħu mingħajr periklu ta’ operazzjonijiet ta’ kuntrabandu li jistgħu jħallu effett negattiv fuq in-negozju Malti.