Kmieni ilbieraħ filgħodu, Uffiċjali tad-Dwana ikkonfiskaw 2,900 sigarett tal-kuntrabandu minn stabbiliment f’Raħal Ġdid. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza li ntemm ilbieraħ permezz ta’ tfittix fl-istabbilment u l-karozza ta’ sid l-istess stabbilment.
Il-multi għal min jinqabad itwettaq din l-attività illegali tibda minn 1,500 ewro u tista’ tleħħaq sa’ 25,000 ewro. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jirrapporta kwalunkwe attività ta’ kuntrabandu b’mod anonimu fuq 2568 5124.