Uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw ammont konsiderovli ta’ nbid, spirtu, tabakk tax-xixa u eluf ta’ bolol bis-sisa mhux użata. Dan wara tfittxijiet li saru f’żewġt iħwienet, f’Tas-Sliema.
Fi stqarrija d-Dwana qalet li b’kollox l-uffiċjali tagħha kkonfiskaw 3,338 flixkun tal-inbid li ma kinux immarkati, 23 flixkun whisky, u 7,607 bolol bis-sisa mhux użata.
Id-Dwana sostniet li f’ħanut ieħor ġew ikkonfiskati 49 pakkett tat-tabakk tal-kuntrabandu, li jiżnu 16.5 kilogrammi.
Il-valur tal-oġġetti li ġew ikkonfiskati jammonta għal mijiet ta’ ewro.