Id-Dwana ta’ Malta rnexxielha tinterċetta 300 blokka ta’ droga kokaina ta’ madwar kilogramma-l waħda f’kontejner fil-Freeport. Il-kontejner, li wasal mil-Ekwador, kien fi triqtu lejn il-Port ta’ Piraeus fil-Greċja.

Waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, twaqqfet inkjesta maġisterjali.
Matul din is-sena, id-Dwana irnexxielha taqbad mal-elfejn, mija u tmienja u erbgħin (2,148) kilogramma kokaina u erbat elef, seba’ mija u ħamsa u sebgħin (4,775) kilogramma ta’ kannabis.