Id-Dipartiment tad-Dwana qed javża lill-pubbliku li bħalissa qed jintbagħtu emails qarrieqa, f’isem id-Dwana.
Dawn il-persuni qegħdin jibgħatu emails personalizzati, jitolbu lil dak li jkun biex iħallsu d-dazju u t-taxxa. Filwaqt li jgħidulhom li għandhom jittrasferixxu l-flus ġo kontijiet foloz, sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-pakketti tagħha.
Id-Dipartiment tad-Dwana qed jappella biex jinjora dawn l-emails, u ma jagħfasx il-links li jkun hemm f’dawn l-emails, filwaqt li jirrapporta dawn il-każijiet lit-Taqsima tas-Cyber Crime fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Id-Dipartiment tad-Dwana saħaq li hu qatt ma jitlob direttament lill-klijenti biex iħallsu d-dazju u t-taxxi.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lid-Dipartiment tad-Dwana fuq 25685276 jew billi jibgħat email fuq: malta.customs@gov.mt