Id-Dipartiment tat-Dwana qabad żewġ kontejners mimlija materjal piroteniku mhux iddikjarat.
Dan wara spezzjoni li l-Uffiċjali tad-Dwana għamlu fil-Port Ħieles.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fiż-żewġ kontejners li kienu ddikjaraw li qed iġorru rollijiet tal-ħajt instabu fihom eluf ta’ oġġetti u materjali pirotekniċi.
Il-kartun tar-rollijiet tal-ħajt kien qed jintuża biex jaħbi l-affarijiet li kien hemm fil-kontejners.
Iż-żewġ kontejners telqu minn Xiamen fiċ-Ċina u d-destinazzjoni finali kienet l-Alġerija.
Huwa stmat li dan il-materjal għandu valur ta’ sitt mija, tmienja u ħamsin elf ewro.

Ritratti: Dipartiment tad-Dwana