L-Uffiċjali tad-Dwana mill-Iskwadra tal-Infurzar u ta’ konra l-Ħasil tal-Flus qabdu passiġġier li kien qed jgħaddi mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’ammont ta’ flus kontanti mhux iddikjarati.
Ir-raġel, li huwa Taljan-Amerikan, kien għadu kif daħal Malta fuq titjira mill-Istati Uniti meta grazzi għall-iscanner il-ġdida tad-Dwana Maltija nqabad b’€16,000 u $114 ippakkjati f’diversi pakketti.
Il-passiġġier ingħatawlu €10,000 lura, bil-bqija tal-flus mistennija jkunu ppreżentati fil-Qorti. Il-passiġġier qed jinżamm arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.