Tkompli ħidmet id-Dwana fil-qbid ta’ karozzi misruqa mill-Kanada u li qed jispiċċaw f’Malta, hekk kif id-Dwana kkonfiskat erba’ karozzi oħra li ġew misruqa fil-Kanada.
Żewġ karozzi minnhom huma tat-tip Jeep Pick-ups, kif ukoll Mercedes u Ford Pick-up.
Huma nstabu f’erba’ kontejners fil-Port Ħieles.
Dawn il-kontejners kienu fi triqithom lejn Abu Dhabi.
L-apparat tal-iskennjar kien t’għajnuna biex l-uffiċjali tad-Dwana setgħu jagħmlu din is-sejba.
Bħas-sejba ta’ vetturi misruqa li ġew interċettati l-ġimgħa l-oħra, id-dokumenti ta’ dawn il-kontejners ma qablux mal-affarijiet li kien hemm fihom.
L-uffiċjali tad-Dwana infurmaw lill-awtoritajiet Kanadiżi bil-każ, kif ukoll lill-Pulizija Maltija li qed tagħmel aktar stħarriġ.
B’kollox ġew intereċettati tnax-il karozza misruqa.
Ritratti: Dwana