Aktar minn ħdax-il elf ewro fi flus mhux iddikjarati nqabdu minn tfittxijiet li saru minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dwana, fuq Maltija li kienet ser taqbad titjira lejn Istanbul.
Meta kienet mistoqsija kemm kienet qed iġġorr flus kontanti, hija qalet li kellha €10,000.
L-uffiċjali tad-Dwana staqsewha biex toħroġ il-flus kontanti kollha minħabba li ma kinux konvinti, hija ppreżentat €10,000 madankollu, minn tfittxijiet li saru nstabu €1,385 oħra.
Il-passiġġiera kienet immultata u tħalliet issiefer.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li qed tagħmel sforz biex taqbad aktar flus kontanti li ma jkunux iddikjarati.
Fakkret li l-ammont stipulat huwa t’€10,000.
Matul dawn l-aħħar ħames snin id-Dwana interċettat €2,439,309.