Tmintax-il vettura oħra misruqa mill-Kanada, inqabdu mid-Dwana din il-ġimgħa fil-ġlieda kontinwa tad-Dipartiment kontra l-kummerċ illeċitu.
Dawn il-karozzi nqabdu mill-uffiċjali tad-Dwana permezz ta’ apparat ta’ scanning, biex issa l-ammont ta’ karozzi misruqa li nqabdu mid-Dipartiment tela’ għal tnejn u erbgħin.
Fost il-karozzi li nstabu moħbija f’kontejners ta’ erbgħin pied li kienu fi triqthom lejn Abu Dhabi, kien hemm vetturi tat-tip Ford, Lexus, Honda, Chevrolet u Range Rover.
Il-Pulizija ta’ Malta u l-Awtoritajiet Kanadiżi ġew infurmati b’din is-sejba u nħatret investigazzjoni.
L-isforzi tad-Dwana ta’ Malta għenu lill-Pulizija Kanadiża biex takkuża disa’ persuni suspettati b’rabta ma’ serq ta’ karozzi b’mod vjolenti.
Ix-xahar li għadda, il-Pulizija Kanadiża ħadu lura tmienja u tmenin karozza misruqa, li erbgħa u għoxrin minnhom kienu ssekwestrati mid-Dwana ta’ Malta