Id-Dwana Maltija kompliet bil-ġlieda tagħha kontra prodotti foloz li jidħlu Malta, tant li s’issa tul l-2021 nqabdu 12-il kontejner li rriżulta li kienu qed iġorru prodotti foloz. Dan wara li kien hemm suspett li 20 kontejner kellhom fihom prodotti foloz.
Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li l-valur tal-oġġetti kolha jgħodd it-€58,608,875, u fosthom kien hemm tagħmir elettroniku.
Id-Dwana żiedet tgħid li minn 68 kunsinnji domestiċi li ntagħżlu abbażi ta’ suspett li kienu qed iġorru prodotti domestiċi foloz, 65 minnhom fil-fatt kienu qed iġorru nuċċalijiet tax-xemx, arloġġi u ħwejjeġ oħra foloz. Il-valur ta’ dawn jgħodd it- €359,840.