L-uffiċjali tad-dwana il-bieraħ, stazzjonati fl-Uffiċċju Express Freight tal-Merkanzija, f’Ħal Luqa, qabdu pakkett ieħor li kien fih sustanza suspettuża, li wara aktar testijiet irriżultat li kienet kannabis.
L-uffiċjali għamlu l-iskopertà waqt li kienu qed iwettqu l-ispezzjonijiet tagħhom. Il-pakkett wasal mill-Ġermanja u kien sejjer lejn indirizz f’San Ġiljan.
Ir-riżultat fit-tfittxija wera li s-sustanza kienet kannabis.
L-Iskwadra tal-Pulizija kontra d-droga ġiet infurmata u bdiet l-investigazzjonijiet tagħha.