Id-Dipartiment tad-Dwsna qabad żewġ vetturi oħra misruqa, mill-Kanada, dawn il-vetturi kienu sejrin lejn il-Kuwajt.
L-uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom jinterċettaw żewġ vetturi tal-għamla Ford F150, permezz ta’ apparat tal-iskennjar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’dan il-każ ġew infumati l-Pulizija Maltijia u l-Awtoritajiet Kanadiżi, li fetħu investigazzjoni dwar dan.
Id-Dwana Maltija għenet lill-Pulizija Kanadiża biex takkuża disa’ persuni, li allegatament huma involut b’rabta ma’ dan is-serq ta’ karozzi.
Ix-xahar li għadda l-Pulizija Kanadiża interċettat 88 karozza misruqa, 24 minnhom inqabdu mid-Dwana Maltija.
Ritratt: Dipartiment tad-Dwana