Fl-elfejn u ħmistax, fl-elfejn u sittax u fl-elfejn u tmintax, id-Dwana ta’ Malta ħadet sehem f’operazzjoni msejħa “Peacock Pills”, li kellha fil-mira tagħha pilloli li jittieħdu biex itaffu uġigħ qawwi.
F’din l-operazzjoni ġew issekwestrati mal-biljun u mitejn miljun pillola globalment mill-pajjiżi kollha li ħadu sehem.
Id-Dwana ta’ Malta qabdet madwar mitejn u ħamsa u għoxrin miljun pillola, ekwivalenti għal għoxrin fil-mija tal-pilloli kollha li ġew issekwestrati f’din l-operazzjoni.
Il-valur ta’ dawn il-pilloli jilħaq il-biljun u mitejn miljun ewro.
Il-pilloli “Tramadol” jinxtraw bil-karta tat-tabib u jingħataw f’dożi żgħar.
L-ammonti maqbuda f’Malta kienu f’dożi kbar u huwa maħsub li kienu se jintużaw fuq suldati biex iwettqu attakki taħt l-effett tal-pilloli.