Matul il-lejl, l-uffiċjali tad-Dwana, f’żewġ każijiet separati, wieħed fl-Ajruport u l-ieħor fil-Port, ikkonfiskaw l-ammont ta €25,990 li passiġġieri kienu qed jippruvaw idaħlu u joħorġu mill-pajjiż b’kuntrabandu.
L-uffiċjali tad-Dwana li kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ikkonfiskaw €12,000 fi flus mhux dikjarati li raġel Malti li kellu vjaġġ lejn Istanbul kien qed jiprova joħroġhom mill-pajjiż.
It-tieni qabda saret wara tfittxija fuq passiġġieri speċifiċi li niżla f’Malta mill-vapur li wasal minn Sqallija, fejn inqabdu €12,990 oħra.
Kull persuna li tivvjaġġa lejn u minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea hija obbligata li tissottometti dikjarazzjoni lid-Dwana jekk tkun qed iġġorr ‘il fuq minn €10,000 fi flus kontanti jew jekk tkun qed ġġorr oġġetti tas-sisa.