It-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dwana ntebħet b’passiġġiera li kienet qed iġġorr €13,790 fi flus mhux iddikjarati l-ajruport.
Il-passiġġiera Ukrene li kienet se titla’ abbord titjira lejn it-Turkija, meta mistoqsija kemm kellha flus fuqha, sostniet li kellha inqas minn €10,000.
Kien minn hemm li saret tfittxija fuq il-passiġġiera u nstab li kellha aktar minn kemm iddikjarat. Hi ngħatat multa u tħalliet issiefer fid-destinazzjoni kif kien ippjanat.