Is-sena l-oħra kienet waħda ta’ rekords għad-Dwana hekk kif għamlet aktar minn erba’ mitt miljun ewro fi profitti. Id-Dwara rreġistrat ukoll żieda kbira ħafna fil-qabda ta’ affarijiet mhux iddikjarati jew oġġetti li mhux suppost daħlu f’pajjiżna.
Fost l-oġġetti maqbuda mid-Dwana hemm sitta u ħamsin miljun sigarett tal-kutrabandu, sittax-il tunnellata ta’ droga, erbgħa u erbgħin miljun oġġett falz u aktar minn mitt elf ewro f’sigaretti mmarkati bi prezzijiet ogħla milli suppost.
Is-sena l-oħra d-dwana qabdet ukoll tliet oġġetti maħduma mill-avorju li huwa materjal li ġej minn suq illegali hekk kif is-sors tiegħu huma n-nejbiet tal-iljunfanti u l-ippopotami.