Rapport maħruġ mit-‘Tax and Customs Union’ fi ħdan il-Kummisjoni Ewropea jpoġġi lid-dwana f’pajjiżna fil-quċċata meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea. Dan ir-rapport, li hu fuq l-ammont ta’ prodotti foloz li jidħlu fil-pajjiżi bl-intenzjoni li jixterdu fis-suq, juri kif f’pajjiżna n-numru ta’ każi żdiedu minn 46 fl-2015 għall-87 fl-2016. Dan ifisser li d-dwana ta’ pajjiżna żiedet l-effiċjenza tagħha f’dan il-qasam b’89%.
Dawn il-każijiet sarrfu f’żieda ta’ 107% tal-oġġetti maqbuda.