L-Uffiċjali tad-Dwana interċettaw kontejner mimli rifles foloz tal-għamla AK47.
Fi stqarrija d-Dwana Maltija qalet li waqt spezzjonijiet li kienu qed jagħmlu uffiċjali tagħha, f’dan il-kontejner u li kien rreġistrat bħala wieħed li qed iġorr oġġetti ta’ crafts, instabu disa’ mitt rifle falz li kienu fi triqithom lejn il-Libja.
Huwa suspettat li dawn ir-rifles foloz, li huma kważi l-istess forma u toqol ta’ rifles ta’ veru, kienu se jintużaw għal-prattiċi llegali.
L-istqarrija żiedet tgħid li minnufih skattat investigazzjoni, anke ma’ awtoritajiet internazzjonali, biex dawn ir-rifles foloz jinqerdu.