Il-ħidma tad-Dipartiment tad-Dwana kontra d-droga kompliet fil-jum tas-Sibt, hekk kif inqabdu 144 m kilo kokaina li kienu fi tliet kontejners fil-Port Ħieles.
Fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu, diversi kontejners ġew magħżula biex ikunu skenjati. Fi tlieta minn dawn kienu nnotati irregolaritajiet, fejn instabu drogi moħbija f’kumpressur.
L-ewwel żewġ kontejners, li telqu mill-Amerka t’ Isfel lejn l-Albanija, kien fihom 20 pakkett kokaina, b’total ta’ 48 kilo u valur ta’ iktar minn €5 miljun.
It-tielet kontejner kien fih 80 pakkett kokaina, b’piż ta’ 96 kilo u valur ta’ kwazi €11-il miljun. Dan il-kontejner kien fi triqtu lejn il-Montenegro mill-Amerka t’ Isfel.
B’hekk, il-120 pakkett kokaina kellhom valur totali ta’ kwazi €16-il miljun.