Wara operazzjoni li damet bejn l-Erbgħa filgħodu u l-Ħamis waranofsinhar, id-Dwana għamlet qabda rekord ta’ 800 kilogramma ta’ droga kokaina, b’valur ta’ €108.2 miljun.
Din id-droga ġiet interċettata f’kontejner u nstabet moħbija f’kaxxi tal-banana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-kontejner kien ġej mill-port ta’ Turbo fil-Kolumbja u kien fi triqtu lejn it-Turkija.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Iskwadra l-Pulizija ta’ Kontra d-Droga u l-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Marseanne Farrugia.