Fil-ġlieda kontinwa kontra prodotti bil-kuntrabandu, bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana qabad 389,900 sigarett b’valur fis-suq ta’ €11,359.
Din il-qabda tammonta għal €65,430 f’dazju tas-sisa, €14,868 f’VAT u €6,276 f’taxxa tal-importazzjoni.
Fl-istess perjodu, ġew ikkonfiskati wkoll għoxrin kilogramma ta’ sustanza li ammontaw għal €467 bħala valur fis-suq.
It-taxxi fuq dan it-tabakk ilaħħqu s-€676 f’dazju, €295 f’VAT u €272 f’taxxa tal-importazzjoni.
Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena ġew ikkonfiskati wkoll 78 kilogramma ta’ tabakk u 53,259 stikka tat-tabakk.
Iż-żewġ prodotti huma illegali f’Malta skont l-Avviż Legali 67.