Uffiċjali tad-Dwana qabdu aktar minn tnejn u ħamsin elf u erba’ mitt ewro, li ma kinux iddikjarati minn erba’ passiġġieri, tnejn minnhom kienu sejrin Sqallija u tnejn oħra Istanbul.
Il-passiġġieri kollha għamlu ftehim barra l-Qorti u ġew immultati.
F’każ separat, Uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw aktar minn tletin elf u tmien mitt sigarett tal-kuntrabandu f’ħanut fl-Imsida, kif ukoll f’residenza u garaxxijiet fiż-Żejtun.
Intant, id-Dwana kkonfiskat ukoll żewġ pakketti li kien fihom tnejn punt ħamsa u sittin kilogramma kannabis, li kienu indirizzati għal residenza li tinsab fin-Naxxar u l-Mosta.
F’każ ieħor, inqabad pakkett li kien fih żerriegħa tal-kannabis, żewġ pakketti bi droga ssuspettata kannabis u żewġ pakketti li kien fihom magic mushrooms. Dawn kienu indirizzati għal residenza li tinsab f’San Ġiljan.