Id-dulur t’omm u missier li tilfu l-wild tagħhom hija trawma liema bħala iktar u iktar jekk il-ħajja meħudha ġiet misruqa akkost tal-irresponsabbilità ta’ ħaddieħor.
Ilu tlett snin minn meta Johanna Boni kien involuta f’inċident tat-traffiku fejn ħajjitha ntemmet ħesrem u ħalliet warajha weġgħa ta’ qalb u niket fost il-komunità tagħha u wisq iktar il-familja tagħha.
Illum omm Johanna kienet qed tipparteċipa f’avveniment b’risq il-memorja tat-tifla tagħha permezz ta’ dawra bil-muturi. Josephine waslet għall-avveniment miksija bil-ħwejjeġ li kienet tilbes bintha meta kienet tuża l-mutur u stqarret li hemm bżonn kbir t’għarfien u sigurtà fit-toroq għaliex għad hawn numru ta’ nuqqasijiet li jridu jiġu ndirizzati.
Boni qalet “Appell kbir biex noqogħdu attenti għal bikers. Stop, we must stop, nixgħelu l-indicators. Respect, respect on our roads mhux għal bikers biss obviously anke ċiklisti, pedestrians. When we are riding noqogħdu ftit għax just a flick of a second, you can ruin somebody’s life u mhux the person who dies biss, anki the parents, the family that is left behind. Aħna it’s been 3 years, Johanna’s accident, our life has changed and I mean it’s really sad, really sad.”
Kompliet u qalet li mewta kawża ta’ inċident tat-traffiku jġarrab dieqa kbira li taffettwa mhux biss il-partijiet konċernati.
Fleur Cilia Buckett, il-moħħ wara l-attività tal-bike ride b’risq Simon Schembri Blue Light Foundation, stqarret li hija kwistjoni nkwetanti meta persuni jweġġgħu jew saħansitra jmutu minħabba nuqqasijiet bażiċi ta’ nies fosthom karozzi bil-mirja tal-ġnub magħluqin u nuqqas t’indicators.
Fleur “Bħala biker dejjem inħossuha t-telfa ta’ biker oħra. Johanna tilfet ħajjitha tlett snin ilu u kull sena ommha u missierha jgħiduli, tagħmlilna memorial ride u jiena bil-qalb kollha norganizzalha dar-ride. Hija awareness ride fl-istess ħin li nies li qegħdin fil-karozzi, ikunu aware li hemm il-muturi. Il-kelma rispett irid ikun miż-żewġ naħat, karozzi għalina u aħna għal karozzi.”
Din is-sena din l-attività fissret iktar għal omm Johanna li tilfet lil missierha ftit tal-jiem ilu iżda għandha rasha mistrieħa li missierha u bintha qegħdin mistrieħa flimkien.