Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex, il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle fetħu kawża legali kontra l-gazzetta The Mail On Sunday. Markle qed tħarrek lill-gazzetta wara li ppubblikat, b’mod illegali, ittra privata li bagħtet lil missierha, Thomas Markle. Id-Dukessa kienet bgħatet l-ittra ftit wara ż-żwieġ tagħha mal-Prinċep Harry.
Il-kumpanija legali Schillings li qed tidher għad-Dukessa, ressqet talba quddiem il-Qorti Għolja kontra l-gazzetta u l-kumapanija Associated Newspapers, dwar l-allegat użu ħażin ta’ informazzjoni privata, ksur tal-copywrite u ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-data tal-2018.
Il-Prinċep Harry irrimarka li l-istorja li għadda minnha meta kien għadu tifel qed terġa’ tirrepeti ruħha, dan hekk kif f’stqarrija personali, il-Prinċep qabbel dak li qed tgħaddi minnu martu ma’ dak li kienet għaddiet minnu ommu, il-Prinċipessa Diana. Harry żied jgħid li hu ra lil ommu tispiċċa vittma tal-midja u kienet ġiet trattata bħala oġġett aktar milli persuna, u issa qed jara lil martu f’sitwazzjoni simili.
Ritratt: BBC News