Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex mhux se jirritornaw għar-responsabbilitajiet fil-familja rjali.
Ir-Reġina kkonfermat li l-koppja ma kinitx se tkompli bir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet li jiġu mal-ħajja pubblika.
Stqarrija maħruġa mill-Palazz ta’ Buckingham tenniet li kemm il-Prinċep Harry u anke Meghan xorta waħda ser jibqgħu membri maħbuba ħafna ta’ din il-familja rjali.
Il-Prinċep Harry u Meghan Markle se jirritornaw it-titli u l-patroċinji rjali li kellhom.
Il-koppja qalet li se tibqa’ toffri l-appoġġ lejn l-organizzazzjonijiet li rrappreżentaw meta kienu jaqdu d-dmirijiet tal-familja rjali.
F’Jannar tas-sena l-oħra, d-Duka u d-Dukessa qalu li kienu se jmorru lura għall-irwoli rjali tagħhom u jaħdmu għal rashom biex ikunu finanzjarjament indipendenti.
Huma kienu għamlu pass lura mill-irwoli rjali tagħhom f’Marzu li għadda bil-għan li jirrevedu dawn l-arranġamenti wara li tgħaddi sena.