Id-Duka ta’ York ċaħad kategorikament allegazzjonijiet kontrih li kellu relazzjoni sesswali ma’ mara Amerikana, li allegat li ġiet sfurzata li jkollha x’taqsam miegħu sesswalment fl-età ta’ 17-il sena.
Waqt li kien qed jirrispondi għal mistoqsijiet ta’ ġurnalista fuq BBC dwar ir-rabtiet tiegħu ma’ Jeffrey Epstein, li kien nstab ħati fuq akkużi ta’ abbuż sesswali, il-Prinċep Andrew qal li dawn l-akkużi huma foloz. Virginia Giuffre, waqt mill-allegat vittmi ta’ Epstejn, allegat li ġiet sfurzata tliet darbiet biex ikollha x’taqsam sesswalment mal-Prinċep.
Ritratt: BBC News