Id-Duka ta’ Edinburgh iddaħħal l-isptar minħabba infezzjoni, u mistenni jibqa’ hemm għal numru ta’ ġranet.
Fl-età ta’ disgħa u disgħin sena, il-Prinċep Filippu ddaħħal fi sptar f’Londra wara li ħassu ma jiflaħx, u l-Palazz ikkonferma li għandu infezzjoni. Huwa qed iwieġeb għat-trattament.
Kemm id-Duka kif ukoll ir-Reġina, ta’ erbgħa u disgħin sena, ħadu l-vaċċin kontra l-COVID-19 ix-xahar li għadda.