Il-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinburgh, ħareġ mill-isptar wara li intervent mediku f’qalbu kien ta’ suċċess.
Hu kien ilu xahar jingħata l-kura l-isptar, u issa se jibqa’ rikoverat fil-kastell ta’ Windsor.
Fi stqarrija l-Palazz ta’ Buckingham f’Londra kkonferma li d-Duka, li għandu 99 sena, jinsab f’kundizzjoni tajba u stabbli ta’ saħħa kif inħareġ mill-isptar.