L-inċident tal-Gozo Fast Ferry ma kienx nirien iżda ħsara teknika fis-sistema tal-vapur li twaqqaf in-nar.
Il-vapur bl-isem ta’ ‘Your Faith’ telaq mill-Port tal-Imġarr għall-ħabta tat-7:45 ta’ filgħodu meta ntlemaħ duħħan abjad kawża tal-ħsara teknika iżda ma nstabu l-ebda nirien.
Dan qalitu l-kumpanija Gozo Fast Ferry fi stqarrija fejn qalet li l-passiġġieri kienu nfurmati b’dak li qed jiġri matul il-vjaġġ.
Il-Kaptan tal-opra tal-baħar segwa proċeduri interni u ħejja evakwazzjoni bħala prekawzjoni biex jassigura l-benesseri ta’ kull passiġġier.
Kelliem għall-kumpanija qal li l-ħsara ġiet identifikata u l-vapur mistenni jirritorna bħala parti mill-flotta fil-jiem li ġejjin.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/08/23/jizviluppaw-nirien-fuq-vapur-tal-fast-ferry/