Għad-dsatax-il jum tal-kampanja elettortali l-Prim Ministru llum tkellem mis-suq tal-Belt Valletta. Suq li bħalissa qed isir investiment ta’ aktar minn €13 miljun, li se jkun qed jimpjega għexieren ta’ persuni ftit tax-xhur oħra. Dan hekk kif se jkun qed ikollna suq ġdid, postijiet kummerċjli u kif ukoll postijiet kulturali.
Il-Prim Ministru spjega kif illum jinsabu fuq żjara fil-Belt Valletta, dan sabiex jitkellmu aktar dwar il-qasam tal-kultura u l-qasam li huma jħossu li mhuwiex biss qasam soċjali iżda wkoll qasam ta’ tkabbir ekonomiku.
Sostna li qed iħarsu wkoll li jirduppjaw l-investiment fil-qasam tal-kultura u sabiex jinċentivaw aktar nies, b’mod partikolari l-artisti li jinsabu f’dan il-qasam fejn ħabbru li jekk il-Partit Laburista jingħata l-fiduċja, se jkunu qed inaqqsu r-rata tal-income tax għall-artisti. Dawn jinkludi persuni li huma kantanti, awturi, atturi; dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-arti.
Segwi hawn isfel il-messaġġ kollu tal-Prim Ministru