Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ntagħżel bħala membru tal-ONE HEALTH LOBAL LEADERS, grupp ta’ esperti li jagħtu pariri u linji gwida lil diversi stituzzjonijiet ewlenin tas-saħħa madwar id-dinja. Dawn jinkludu l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-Għadqa tan-Nazzjonijiet Magħquda tal-ikel u l-agrikultura.
Dan il-grupp ta’ 26 persuna hu magħmul minn Prim Ministri, Ministri, u professjonisti fil-qasam tas-saħħa.
Id-Deputat Prim Ministru Fearne stqarr li jinsab onorat li Malta se jkollha vuċi f’dan il-grupp prestiġjuż li se jħares is-saħħa tan-nies madwar id-dinja.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela awgura lid-Deputat Prim Ministru għal din il-pożizzjoni, u stqarr li jinsab onorat bis-sehem li Malta qed tagħti fil-komunità xjentifika.
Congratulations to Deputy PM @chrisfearne who has been elected to the board of a leading specialized @UN health group focused on advising @WHO.
Honoured by Malta's 🇲🇹 contribution & representation in the scientific community. Well done Chris! – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) November 20, 2020