Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, fil-kuntest tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ippresjeda dibattitu miftuħ dwar il-“Prevenzjoni ta’ Vjolenza Sesswali relatata ma’ kunflitti.
Dan id-dibattitu, organizzat mill-Kunsill tas-Sigurtà, sar biex jiddiskuti s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti.
Matul il-Presidenza ta’ dan ix-xahar, Malta kompliet tmexxi ’l quddiem l-Aġenda tan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u f’dan il-kuntest, id-demilitarizzazzjoni u l-kontroll tal-armi bbażat fuq il-ġeneru bħala sforz essenzjali biex jitnaqqsu vjolenzi sesswali relatati mal-kunflitti.
Id-Deputat Prim Ministru spjega li l-għan tad-dibattitu kien li jikseb momentum u jaqsam l-aqwa prattiċi fl-użu tal-kontroll tal-armi u strateġiji biex jipprevjenu l-vjolenzi sesswali relatati mal-kunflitti. Dan anke hekk kif l-evidenza turi li ż-żieda fl-armi u l-armamenti tikkontribwixxi direttament għal vjolenza sesswali, b’mod partikolari f’ambjenti ta’ kunflitt.
Id-Deputat Prim Ministru Fearne kkundanna l-vjolenzi sesswali relatati mal-kunflitti minn kull fejn tiġi mwettqa, inkluż fl-Israel u fil-Palestina, kif ukoll il-persekuzzjoni sistematika tal-ġeneru mit-Taliban fl-Afganistan.
“By adopting survival centred approaches and promoting gender responsive conventional disarmament, we aim to mitigate the devastating effects of armed conflict on women and girls worldwide.”