Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħa d-doża addizzjonali tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Miegħu ħa t-tilqima, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri
Id-Deputat Prim Ministru qal li t-tilqim għal kontra l-Covid-19 ipproteġa lil dawk li ħaduh matul ix-xhur li għaddew.
Saħaq li issa d-doża addizzjonali se tipproteġina matul l-istaġun tax-xitwa.
Għaldaqstant huwa appella biex meta wieħed jirċievi l-appuntament tiegħu, imur jieħu d-doża addizzjonali.
Insegwu l-kummenti tad-Deputat Prim Ministru.
Il-vaċċin ipproteġina matul is-Sajf u l-Ħarifa. Il-#booster se jipproteġina matul ix-Xitwa. Meta jasal l-appuntament tiegħek, ħu il-booster kontra l-Covid-19 int ukoll! pic.twitter.com/Mk0uzy69WK
— Chris Fearne (@chrisfearne) November 23, 2021