Qabel il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE, f’Ta’ Qali, ilbieraħ filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg laqa’ lis-Segretarju tal-Istat responsabbli mill-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, David Lammy.
Fuq il-midja soċjali, iċ-Chairperson tal-OSCE, Ian Borg qal li f’dawn il-mumenti ta’ sfida, id-djalogu miftuħ u l-fiduċja huma importanti favur l-istabbilità u l-progress.
Intqal li ġew diskussi wkoll it-tisħiħ tal-OSCE sabiex tkun reżiljenti u tgħin sabiex tegħleb l-isfidi li qed jaffaċċja r-reġjun.
Id-Deputat Prim Ministru Malti qal li ġie esplorat kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jsaħħu l-kooperazzjoni, anki b’rabta mal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li ġie ffirmat bejn Malta u r-Renju Unit, is-sena l-oħra.