Ilbieraħ filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg laqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Andriy Sybiha.
Il-Ministru Ukren qed jattendi għal 31 Kunsill Ministerjali tal-OSCE, li qed isir f’Malta bejn illum u għada.
F’kitba fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qal li din il-laqgħa għolja hija importanti biex jitwassal il-messaġġ lir-Russja sabiex titwaqqaf l-aggressjoni tagħha fuq l-Ukrajna.
Id-Deputat Prim Ministru Borg saħaq li Malta se tkompli tappoġġja lill-poplu Ukren sakemm terġa’ tirrenja l-paċi.