Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jagħmel perjodu ta’ iżolament wara li membru tal-familja tiegħu irriżulta fil-pożittiv għall-COVID-19.
Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa ġie spjegat li għalkemm id-Deputat Prim Ministru mhuwiex pożittiv għall-virus, qed isegwi l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa u se jkun qed jaħdem mid-dar.