Fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm żieda ta’ 54% fin-numru ta’ persuni li żaru l-wirt storiku mill-isbaħ f’Ta Ħaġrat u fi Skorba, bi Skorba jżid l-iktar il-vizitaturi.
Dawn huma żewp siti storiċi fl-Imġarr li jinfetħu f’inqas jiem milli jinfetħu s-siti l-oħra amministrati minn Heritage Malta madwar il-pajjiż u żjarat f’jiem oħra minbarra dawk tal-ftuħ isiru b’appuntament u ħlas amministrattiv.
Iż-żewġ tempji jinsabu wkoll fuq il-lista ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.
Kien il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici li fil-Parlament spjega kif filwaqt li fl-ewwel nofs tal-2015 f’Ta Ħaġrat marru 823 persuna, fi Skorba marru 220. Din is-sena marru 998 persuna f’Ta’ Ħaġrat u 606 fi Skorba.