Dalgħodu l-Malta Community Chest Fund Foundation iffirmaw ftehim bejn l-għaqdiet volontarji li se jibbenefikaw minn fondi li nġabru mill-Istrina tas-sena 2015.
Flus li se jintużaw biex l-għaqdiet volontarji jwettqu proġetti soċjali. Dan wara li sar skrutinju tal-proġetti mill-fond għall-għaqdiet volontarji.
B’kollox ibbenefikaw 28 għaqda volontarja u se jsiru 21 proġett soċjali wara li hemm xi għaqdiet se jaħdmu flimkien biex iwettqu proġett .
B’kollox kien hemm €intitolat 850,000.
Ghaqda li se tagħmel proġett waħidha se tingħata sa massimu ta’ €40,000. Filwaqt li dawk li se jaħdmu flimkien se jingħataw sa massimu ta’ €80,000.
Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li b’hekk qed nuru bil-fatti li l-flus li ngħataw mill-ġnerożità tal-poplu Malti u Għawdxi se jingħataw biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.