Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, wriet li d-domanda għall-elettriku fis-sena 2019 żdieded bi ftit aktar minn 5% mis-sena ta’ qabel.
L-istatistika turi li d-domanda tal-elettriku tiżdied b’mod drammatiku tul ix-xhur tas-sajf, meta l-istaġun turistiku jkun fl-eqqel tiegħu.
F’din l-istatistika spikkat ukoll iż-żieda fl-użu ta’ sorsi rinovabbli, li tul erba’ snin, din l-enerġija nadifa żdiedet b’iktar minn 100%.
Wieħed jista’ jinnota li l-maġġoranza ta’ din l-enerġija rinovabbli ġejja minn pannelli fotovoltajiċi.
Din iż-żieda fl-użu tas-sorsi rinovabbli hija waħda mill-fatturi li rriżultaw min-nuqqas drammatiku fl-emissjoni tal-karbonju, li mill-2015 naqsu b’aktar minn 700 kilo tunellata.