It-togħma tal-inbid mill-għenba lokali jidher li qed tħalli ħafna minn nies mejtin għall-qatra hekk kif l-bdiewa lokali kważi mhux ilaħħqu mad-domanda għall-għeneb.
Stqarr dan is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Clint Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar fiera tal-inbid lokali f’Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari Camilleri spjega: “L-interess żdied żgur għaliex ir-rispons li għandna minn naħa tal-produtturi hija li llum il-ġurnata mhumiex ilaħħqu mad-demand li hemm minn naħa tal-pubbliku.”
Clint Camilleri spjega kif grazzi għall-kampanja ta’ sentejn li kważi waslet fi tmiema immirata biex toħloq kuxjenza lejn l-għenba u l-inbid Malti, il-bdiewa qed ikunu mitluba jkabbru iktar għeneb sabiex id-domanda tintlaħaq.
“Fejn qabel forsi kellna problema li dak li jkun ma jafx bl-inbejjed maltin illum irridu naraw kif aktar bdiewa ikattru aktar għeneb sabiex ikollna s-supply neċessarja ħalli jinħadem l-inbid sabiex hemmhekk imbgħad imur għand il-konsumatur”, sostna l-Perit Camilleri.
Intant ONE News tkellem ukoll ma’ Saviour Debono Grech mid-Direttorat tal-Agrikoltura hekk kif elenka dettalji dwar il-fiera f’Ta’ Frenċ f’Għawdex li ser ssir fi tmiem il-ġimgħa.
Debono Grech qal: “Huma jridu jkunu jafu x’inhu jiġri hawn Malta u x’inbejjed jiġu produċuti hawn Malta. Jiġifieri aħna qed nipruva nagħqdu l-katina bejn min qed jiproduċi u bejn min qed jixrob l-inbid.”