Fil-lokal taż-Żurrieq ittellgħet il-Festa Annwali tal-Ħut fejn spikkat d-domanda għat-tonn. Ħuta li hija popolari sew minħabba s-sustanzi u l-vitamini tagħha. Osservazzjoni partikolari f’din l-attività kienet li minkejja li d-domanda għall-ħut żdiedet tul dawn l-aħħar snin, naqsu s-sajjieda Maltin.